Il-kantant lokali Kevin Borg jaqsam messaġġ f'għeluq snin martu flimkien ma' numru ta' ritratti mill-isbaħ f'dan il-jum. Hu jikteb, "Illum niċċelebraw għeluq snin l-aktar persuna prezzjuża f’ħajti. Marti Maria Francesca!"

Hu jżid jgħidilha, "Inti toħroġ l-aħjar fija u jien tassew xortija tajba li għandi lilek. Grazzi ta’ dak kollu li tagħmel u fuq kollox grazzi talli int. Qatt tinbidel għax jien tassew inħobbok għal dak li int! Awguri imħabba tiegħi!! Jien ċert li ommok tkun tassew kburija bil-mara li sirt."

Kevin ittemm bil-kliem, "Ejja ngawdu din il-ġurnata sabiħa u miljun għeluq sninek ieħor flimkien!!"

F'isem it-tim ta' Gwida, nixtiequlha l-isbaħ xewqat!

Facebook / Kevin Borg


Emil Calleja Bayliss