Illum jiċċelebra għeluq sninu l-preżentatur maħbub Ryan Borg. Hu twieled lura fl-1985 u b'hekk illum jagħlaq 39 sena! Lil Ryan żgur li nafuh permezz tal-programm Sibtek, tista' tgħid hu flimkien ma' Josmar saru sinonimi fuq it-televiżjoni s-Sibt waranofsinhar.

Il-kumpanija tagħhom it-telespettaturi jkunu qegħdin jistennewha u żgur li jnisslu tbissima fuq kull min isegwi l-programm tagħhom. Diversi mistiedna ta' kull ġimgħa jżuru l-programm u jilagħbu ftit logħob.

F'isem it-tim ta' Gwida, nawguraw lil Ryan l-isbaħ xewqat f'dan il-jum speċjali. Nittamaw li jkollu jum mimli b'dak kollu li tixtieq qalbu u sena mimlija avventuri ġodda. Nawgurawlu ħafna saħħa, kuntentizza u esperjenzi li jkomplu jimlewlu ħajtu. Awguri!


Emil Calleja Bayliss