Illum jiċċelebra għeluq sninu l-illużjonist lokali Lorenzo Brincat. Lorenzo twieled fis-16 ta’ April tal-1959. Lil Lorenzo rajnieh f'diversi programmi televiżivi fosthom Ħadd Għalik, The Entertainers u aktar.

Lorenzo għadek tarah f'diversi ċelebrazzjonijiet tat-tfal f'għeluq sninhom flimkien ma' martu Rita Brincat. Lorenzo u Rita ilhom għal snin twal jaħdmu flimkien f'dan is-settur.

Lorenzo u Rita għandhom żewġ ulied, Maria u Christian. Lil Christian konna rajnieh waqt l-ewwel edizzjoni ta' Malta's Got Talent, apparti li kemm-il darba narawh jaħdem ma' missieru fl-illużjoni u l-maġija.

"Awguri f'għeluq sninu lill-għażiż żewġi Lorenzo. Nixtieqlek jum mill-isbaħ," kitbet Rita f'messaġġ fuq Facebook. Awguri minn qalbna Lorenzo! Nixtiqulek aktar snin ta' saħħa, hena, suċċessi u dak kollu li tixtieq qalbek!


Kyle Zarb