Skont l-aħħar ċifri ppubblikati mill-paġna ta’ Facebook tal-Awtorità tas-Saħħa, Saħħa, Malta rreġistrat 27 każ ġdid tal-Covid-19 wara 2,302 test li saru fl-aħħar 24 siegħa. Illum kellna 41 każ ta' rkupru ieħor li ġew irrappurtati mill-bieraħ, filwaqt li n-numru ta' każijiet attivi niżel għal 575.

Minn meta faqqgħet il-pandemija, Malta rreġistrat total ta' 3,006 każ u 32 mewt, u wettqet 249,656 test. Mill-ġdid infakkrukom biex timxu mal-miżuri maħruġa mill-awtoritajiet lokali sabiex nevitaw it-tixtrid ta' dan il-virus.


Emil Calleja Bayliss