Il-Jum Dinji tal-Vuċi jiġi ċċelebrat kull sena fis-16 ta’ April u hu mument speċjali biex nifhmu kemm hi importanti l-vuċi tagħna f’ħajjitna. Mhux biss għax biha nitkellmu u nesprimu ruħna, imma wkoll għax il-vuċi tgħinna nesprimu l-emozzjonijiet, nibnu relazzjonijiet, u ngħidu l-istorja tagħna.

Imma ħa ngħiduha kif inhi – kemm-il darba qomt filgħodu u ħassejt li l-vuċi tiegħek mhux f'postha. Il-vuċi tagħna għandha bżonn kura, bħal kwalunkwe parti oħra tal-ġisem. Ħafna drabi nagħmlu pressjoni fuqha – nitkellmu b'vuċi għolja f’kunċerti, nitkellmu bla waqfien, jew anke nkantaw b'vuċi għolja f'xi karaoke jew f'xi kunċert.

Għalhekk, dan il-jum iħeġġiġna nieħdu ħsieb il-vuċi tagħna. Ftit tisħiħ tal-vokali, tixrob l-ilma (mhux kiesaħ), u jekk tkun għajjien, ħaġa tajba tkun li tgħid ftit inqas u tisma’ ftit iktar. Għandek vuċi? Użaha. Għandek storja? Irrakkuntaha. Il-vuċi tiegħek tgħodd – illum u dejjem.


Emil Calleja Bayliss