Proprju llum jaħbat għeluq snin Josephine Zammit Cordina li nistgħu ngħidu li hi ikona fix-Xandir Malti. Il-programm tagħha Waltzing Matilda dam jixxandar snin sħaħ u grazzi għal programm tagħha, ħafna Maltin kellhom tomgħa ħelwa ta' Maltin ġewwa l-Awstralja.

Ritratt: Facebook / Charles Stroud

Barra li rajnieha tippreżenta, lil Josephine Zammit Cordina ħafna jiftakruha fis-serje popolari Undercover li aktar tard sar magħruf bħala Dejjem Tiegħek Becky. Rajnieha wkoll fid-drama KC, ilkoll proġetti ta' Eileen Montesin. Josephine hija wkoll attriċi brava mmens u fir-ritratt t'hawn fuq tidher fi produzzjoni li kellha l-kitba ta' Francis Ebejer.

L-attur Henry Zammit Cordina, li bħalissa qed narawh fis-sensiela L-Għarusa għadda l-awgurju tiegħu lil ommu Josephine. Josephine illum għalqet 84, fost dawk li awguraw lil Josephine fuq il-profil ta' Facebook insibu lil preżentaturi Graziella Attard Previ u Marika Caruana Smith.

Aħna f'isem Gwida.mt nieħdu l-opportunità li nawguraw lil Josephine l-isbaħ xewqat f'dan il-jum għażiż. 


Emil Calleja Bayliss