Wara xhur ta' tant stennija, il-finali ta' Brillanti Goes Musicals waslet ukoll. Sitt finalisti kollha għatxana sabiex jirbħu t-titlu tar-rebbieħ/a ta' Brillanti 2024 - Sitt finalisti fejn ir-rebbieħ se jirbaħ total record ta' €30,000 sabiex jintużaw għall-avvanz tat-talent spettakolari tagħhom.

Il-finalisti huma:

Paolo 

Żagħżugħ li qed jgħix Londra u li jaħdem f'wiehed mill-box offices tal-West End sabiex jissussidja l-istudji tiegħu f'Londra stess!

Clara 

Avukatessa friska li qed taħdem bħala ġurnalista b'ħolma li titla' Londra u tkompli l-karriera tagħha fil-West End.

Charlotte 

Tfalja unika mimlija kariżma u enerġija li wara xhur taħdem barra minn Malta, ġiet lura Malta sabiex tavvanza fil-karriera tagħha lokalment.

Abigail

Studenta bi mħabba kbira lejn il-palk - maħbuba minn kulħadd għal karattru sinċier tagħha.

Kristen 

Għalliema friska li tgħix għall-ispettaklu u l-palk fejn qed tagħmel ħilitha biex tkun involuta fi produzzjonijiet differenti biex timraħ minnhom.

Mia 

L-iżgħar finalista ta' din is-sena, tifla ta' 11-il sena b'talent uniku għall-età tagħha.

Il-mistoqsija hi waħda, min min dawn ser jirbaħ? Waqt is-serata tal-lejla naraw ukoll min ser jirbah il-Best Promising Performer Award.

Fi kliem Joseph Chetcuti stess: "Ser tkun serata mill-isbaħ - red carpet li ser jilqa' baħar ta' personalitajiet mid-dinja artistika, bosta performers famużi mill-Ingilterra, l-Italja u pajjiżi oħra u fuq kollox finali ġewwa t-Teatru Manoel li mhux ta' min jitlifha. L-emozzjoni u l-eċitament ser ikunu kbar, is-sorpriżi spettakolari u fuq kollox 3 sigħat ta' talent Malti u Għawdxi fl-ifjen forma tiegħu - xejn ħlief verament BRILLANTI!"


Gwida.mt