Fuq Facebook għadu kemm ġie mniedi aġġornament dwar il-programm li tant hu maħbub mill-Maltin u l-Għawdxin, Minibugz! Fil-fatt fuq il-paġna uffiċjali, tefgħu appuntament għal-lejla fis-18:00 fuq Facebook, fejn ħa jkunu qed jagħtu aħbar.

"Illejla Mini u Griz se jħabbru xi ħaġa veru speċjali. Agħmlu like fuq il-page biex tkunu tafu aktar." Is-segwaċi diġà jinsabu lesti u eċitati għal dak li ġej. Ħafna minnhom ħadu gost b'dan li ntqal fuq din il-paġna u bdew anke jistaqsu jekk hux se jirritorna l-programm.

It-tim wieġeb, "mhux eżatt"! Mela tinsewx l-appuntament tal-lejla ma' Minibugz fis-18:00 fuq il-paġna uffiċjali stess. Agħfas like HAWN jekk għadek le!

Ġeddu ftit il-memorji tal-passat fil-filmat t'hawn taħt!


Kyle Zarb