Nafuha mill-grupp F.A.I.T.H fit-tieni staġun ta' X Factor Malta meta ħalliet lill-ġurija impressjonati bit-talent tagħha fl-awdizzjoni. Kien għad għandha biss 15-il sena dak iż-żmien. Ilbieraħ il-kantanta Ema Vella għalqet proprju 20 sena!

Wara li ntemmet l-avventura ma' F.A.I.T.H, Ema nediet żewġ kanzunetti oriġinali. Waħda bl-Ingliż bl-isem ta' Luv u oħra bil-Malti bl-isem ta' Emmint Fik. Żewġ kanzunetta dwar l-imħabba.

F'isem it-tim ta' Gwida, nittamaw li Ema kellha jum mill-isbaħ mimli b'dak kollu li tixtieq qalbha. Nawgurawlha sena pożittiva mimlija ħafna aktar esperjenzi mużikali fil-karriera tagħha.


Emil Calleja Bayliss