L-attriċi u preżentattriċi bravissima Clare Agius qasmet mument mill-isbaħ fuq il-mezzi soċjali, hekk kif binha Luke ilbieraħ irċieva s-sagrament tal-griżma tal-Isqof.

Hija żvelat kif oħtha l-preżentattriċi Pauline Agius serviet ta' parrina, filwaqt li ddeskrivitha bħala "zija u parrina eżemplari".

"Grati li qed nidħlu fil-Knisja tal-Imġarr sabiex bħala familja, flimkien ma' tfal oħrajn, nirċievu s-sagrament tal-Griżma tal-Isqof illum," temmet tgħid Clare, fuq nota pożittiva.

Żgur li dan huwa mument mill-isbaħ għalihom!


Cristian Tonna