Il-personalità Maltija Sarah Bajada lbieraħ għamlet trasformazzjoni żgħira permezz ta’ xagħarha, li se sservi ta’ ġid. Hi qatgħet xagħarha biex tkun tista’ tagħtih donazzjoni għal min għandu bżonn.

Hi spjegat kif xagħarha kien parti kbira mid-deherha tagħha, għax dejjem kellha xagħarha twil u mġiegħed, għalhekk bdiet tibża’. Madanakollu, hi spjegat kif xagħarha m’huwiex parti mill-identità tagħha biss, iżda jista’ jġib ħafna ferħ u kunfidenza għal dawk li għaddejin minn żmien diffiċli. “Nixtieq ninkoraġġixxi lil kulħadd biex jagħmel bħali u jaqta’ xagħaru”.

Qasmet ukoll anedottu mit-tifel tagħha, u anka hu jgħid kemm hu sabiħ li taqsam dak li għandek ma’ ħaddieħor: “sharing is caring”. Sarah taqbel ma’ dak li jgħid binha, “eżatt, hekk hu. Li taqsam il-ġid tiegħek ifisser iktar mill-fatt li qiegħet tagħti, iżda hija xi ħaġa li tfakkarna x’inhu l-impatt tagħna fuq il-ħajja tan-nies.”


Nicole Zammit