Tmien episodji tas-serje House of the Dragon ser joħorġu fis-16 ta' Ġunju. L-istaġun il-ġdid tal-prequel ta’ Game of Thrones se jkompli jirrakkonta l-gwerra ċivili ta’ House Targaryen u huwa bbażat fuq il-ktieb Fire & Blood ta’ George R.R. Martin.

It-trailer jiġi ftit sigħat wara li Amazon żvelat l-ewwel trailer għat-tieni staġun tal-produzzjoni fantastika tagħha, The Lord of the Rings: The Rings of Power

L-istaġun il-ġdid jinkludi l-membri tal-kast li jerġgħu lura, Matt Smith, Olivia Cooke, Emma D’Arcy, Eve Best, Steve Toussaint, Fabien Frankel, Ewan Mitchell, Tom Glynn-Carney, Sonoya Mizuno u Rhys Ifans.

Fost il-kast addizzjonali li se jkunu qed jieħdu sehem huma, Harry Collett, Bethany Antonia, Phoebe Campbell, Phia Saban, Jefferson Hall u Matthew Needham.


Kyle Zarb