Tħobbu jew tobgħodu, illejla ser jerġa’ jibda Love Island Malta, li minkejja l-memes u l-kummenti li ħarġu minnu u dwaru, xorta kellu ’il fuq minn 100,000 segwaċi s-sena l-oħra, fl-ewwel staġun tiegħu.

Dan l-istaġun ser jixxandar fuq TVM kuljum wara l-aħbarijiet tat-tmienja, u ċerti li se jkun mimli b’mumenti tad-daħk, suspans, u divertiment. Din is-sena se terġa’ tippreżentah Yazmin Helledie.

L-ismijiet tal-parteċipanti s’issa huma Alessandro, Racquel, Clinton, Ylenia, Jake, Vanessa, Kyonne, Kyra, Matthias, u Kyannah. Dawn kollha ħarġu din il-ġimgħa stess, u l-eċitament ta’ dawk lli jsegwu dan il-programm iktar żdied.

Awguri lill-parteċipanti kollha!


Nicole Zammit