Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, f'Malta ċċelebrajna jum l-omm. Jum li kapaċi jkun ta' weġgħa kbira għal dawk in-nisa li ma jkunux jistgħu jsiru ommijiet. L-istess weġgħa li jħossu l-missirijiet li ma jkunx jista' jkollhom tfal.

Il-kanzunetta Kamra Vojta li ħarġu l-kantanti Alex u Marika tixħet dawl fuq l-emozzjonijiet, il-ħsibijiet, il-weġgħat u l-proċess li jgħaddu minnu koppji li ma jkunx jista' jkollhom tfal b'mod naturali.

Forsi li taċċetta xi ħaġa bħal din qatt mhi faċli iżda ċertament li l-imħabba tirbaħ fuq kollox, minkejja l-isfidi li wieħed ikun għaddej minnhom. Jekk tisimgħu din il-kanzunetta ħa tifhmu aktar din is-sitwazzjoni li tinsab madwarna iżda forsi mhux dejjem nisimgħu tant dwarha.

Kanzunetta li għandha kliem u mużika ta' Pamela Bezzina u produzzjoni ta' Aldo Spiteri. Isimgħu l-interpretazzjoni ta' Alex U Marika. 


Emil Calleja Bayliss