Aħbar li bħalissa qed tidwi mal-midja soċjali hija taċ-ċkejken Sammy Teusch fejn fl-eta tenarja ta’ biss 10 snin ħa ħajtu b’idejh wara bullying kontinwu minn tfal oħra l-iskola. Il-ġenituri tkellmu fejn qalu li rrappurtaw diversi inċidenti ta’ bullying lill-iskola li fiha kien jattendi binhom, imma qalu wkoll li dawn naqsu milli jieħdu azzjoni. Infatti, l-ġenituri qalu li rrappurtaw il-bullying aktar minn għoxrin darba u baqa’ ma nbidel xejn. Il-każ seħħ ġewwa l-Istati Uniti.

Min-naħħa tal-iskola huma qed jgħidu li l-ebda rapporti qatt ma saru mit-tfajjel jew mil-ġenituri tiegħu iżda qegħdin jinvestigaw dan il-każ. Il-ġenituri tkellmu wkoll fejn qalu li l-bullying kien avanza minn wieħed verbali għal wieħed fiżiku fejn qalu li kemm il-darba binhom wasal id-dar b’xi ġrieħi.

Jistrieh fis-sliem, u nittamaw li ssir ġustizzja ma’ dan iċ-ċkejken.

Facebook/Dallas Crime Breaking News 


Charlton Cefai