Din it-tfajla, Graziella Calleja ta’ 30 sena, spiss toħroġ dawra lil qattus tagħha Mikey b’ċinga magħha.

 Dan il-qattus għandu 10 xhur u adottatu meta kellu xahar. Mikey huwa qattus speċjali għaliex m’huwiex imgerrex meta din it-tfajla toħorġu dawra, anzi pjuttost l-oppost għaliex jibda jixxabbat u jiddendel mas-siġar u hekk kif jaslu d-dar joqgħod jistrieħ u kwiet.

Graziella tgħidilna li dawn il-mawriet bdew meta Mikey tgħidx kemm kien joqgħod imqareb sa anka mal-purtieri kien jitla’ u jqatta’ u jgerrem kulma jsib. Imbagħad ġietni l-idea sabiex nibda noħorġu ftit.

“Il-qattus tiegħi meta noħorġu biċ-ċinga ħafna nies jieqfu jiggustawh u jaqbdu parlata miegħi.”

Wara l-mawriet li beda jagħmel meta naslu d-dar joqgħod kwiet u jorqod ħafna.

Graziella tgħidilna li tixtieq tgħaddi messaġġ pożittiv, " Fil-hajja għandna nitgħallmu nieħdu gost bis-sempliċità, nkunu grati u ngħożżu dak li għandna anke f'dawn il-mumenti diffiiċli li għaddejjin minnhom ħabba l-pandemija."

Inti ġieli pruvajt toħroġ lill-qattus tiegħek? Jekk iva x’ġara?

Instagram / Graziella Calleja


Rowena Calleja