Il-Ballu tal-Qamar t’Awwissu reġa seħħ għal din is-sena fil-Palazz tal-Verdala lbieraħ is-Sibt 3 t’Awwissu, b’risq il-Community Chest Fund. Il-President Myriam Spiteri Debono rringrazzjat lil dawk kollha li attendew għaliex bid-donazzjonijiet tagħhom qed jgħinu ħafna nies li jiddependu mill-Community Chest Fund.

Hi qalet lil dawk li attendew, “Nirringrazzjakom f’isem dawk li ma jistgħux jesprimu l-gratitudni tagħhom personalment, imma kieku tistgħu taraw l-għajnejn ta’ dawk li fis-siegħa tal-bżonn, jiġu jħabbtu l-bibien tagħna, u li nistgħu ngħinuhom grazzi għas-sapport tagħkom, żgur tħossu li qed tagħmlu ġest nobbli għal ħaddieħor.”

Kemm hi xi ħaġa sabiħa li ngħinu lil min hu fil-bżonn! Prosit lil dawk kollha li attendew u taw id-donazzjonijiet lill-Community Chest Fund għaliex qed ibiddlu l-ħajja ta’ bosta nies!

Instagram/ president_mt


Gabriella Borg