Kantant ġdid għax-xena lokali iżda żgur li jipprometti. Jake Abela għadu kif nieda l-kanzunetta tiegħu Munita Fil-Funtana. Jake għandu 18 il-sena u ġa jagħraf l-importanza tal-lingwa Maltija fis-settur mużikali lokali. Hu ilu jkanta għal diversi snin u jattendi La Voix Academy, fejn jitħarreġ ma' Gillian Attard.

Il-kantant żagħżugħ barra li jkanta, hu mħarreġ ukoll fid-daqqa tal-pjanu u minkejja li bħalissa għaddej bl-eżamijiet tal-MATSEC jittama li din il-kanzunetta tkun il-bidu tal-karriera mużikali tiegħu. Din il-kanzunetta għandha lirika ta' Paul Ellul u mużika ta' Mark Spiteri Lucas.

Jake jgħidilna, "Meta kont qed naħseb biex nagħmel kanzunetta iddeċidejt li nagħmila bil-Malti għaliex inħoss li il-lingwa Maltija għandha post speċjali f’qalbi barra minn hekk, meta saqsejt lil Paul Ellul biex jiktibli l-kliem u għidtlu li rridha tkun rigward it-tbatijja tal-ħajja."

Jake ikompli jistqarr magħna li xtaqt dan is-suġġett, "sabiex wieħed jifhem il-kliem u jirrelata magħhom, b’hekk id-diska tkun tista' tagħti kuraġġ lil dak li jkun sabiex jimxi 'il quddiem u ma jaqtax qalbu."

L-awtur tal-kanzunetta Paul Ellul jistqarr dan dwar din il-kanzunetta, "Il-kanzunetta titkellem dwar it-tbatija fil-ħajja li jsofru l-ħlejjaq inkluż il-bniedem. Il-ħażin hu li naħsbu li kollox huwa mmexxi mid-destin u li aħna bla saħħa biex intejbu ċ-ċirkostanzi tagħna u ta' ħaddieħor."

Hu jkompli jispjega, "Il-munita fil-funtana hija l-metafora tad-destin innifsu li nemmnu li kollox jirranġa b'xi att ta' fortuna. Imma mhux hekk il-ħajja. Irridu naqdfu u nagħmlu ħilitna biex nagħmlu l-ħajja aħjar."

kompożizzjoni : Mark spiteri Lucas / stil balled Kumment tiegħi (Jake Abela) Meta kont qed naħseb biex nagħmel kanzunetta iddeċidejt li nagħmila bil-Malti għaliex inħoss li il-lingwa Maltija għanda post speċjali f’qalbi barra minn hekk, meta saqsejt lil Paul Ellul biex jiktibli il kliem u għedtlu li irrida tkun rigward id-dbatijja tal-ħajja sabiex wieħed jifhem il-kliem u jirrelata magħhom b’hekk id-diska tkun tista tgħatiħ kuraġġ sabiex jimxi il quddiem u ma jaqtax qalbu.


Emil Calleja Bayliss