L-attriċi u preżentatriċi Monica Attard ħalliet din id-dinja nhar il-Ħadd 5 ta’ Mejju fl-età ta’ 73 sena. Sfortunatament fl-aħħar żmien Monica kienet qed tissielet mal-kanċer u tilfet il-battalja tagħha. Minkejja dan, baqgħet attiva fuq it-televixin u fit-teatru u rajnieha anke fis-sensiliet riċenti Nostalġija u L-Ispettur.  

Il-familja tagħha qed tappella biex dawk li jattendu għall-aħħar tislima li se tingħatalha nhar il-Ġimgħa 10 ta’ Mejju fid-9.30am fil-knisja tan-Nazzarenu f’Tas-Sliema, jibagħtu donazzjonijiet lil Hospice Malta minflok jagħtu l-fjuri.

Kemm hu sabiħ li l-familjari li jagħżlu li jagħtu lura lill-komunità fil-bżonn minkejja li jkunu għaddejjin huma stess minn żmien diffiċli. 


Marija Bellia