Illum huwa l-jum speċjali għall-kantanta lokali Karen DeBattista hekk kif qed tiċċelebra għeluq sninha.

Karen tista' tgħid serqet il-qlub tal-Maltin u l-Għawdxin proprju lura fl-2014 meta rebħet l-Għanja tal-Poplu bil-kanzunetta Jien Ma Naħdimx li għandha kliem ta' Rita Pace u mużika ta' Mark Scicluna.

Dik ir-rebħa baqgħet tissemma’ wara l-messaġġ tal-kanzunetta li daħal fil-qlub ta' kulħadd.

Apparti minn hekk lil Karen rajnieha tipparteċipa ġo festivals bħal Malta Eurovision fl-2015 bil-kanzunetta 12, Baker Street, kif ukoll din is-sena f'Mużika Mużika b'Lulju.

Lil Karen rajnieha f’numru ta’ edizzjonijiet tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza u wkoll fi dwett mal-kantant Dan fl-Għanja tal-Poplu.

It-tim ta' Gwida.mt jawgura lil Karen l-isbaħ xewqat f'għeluq sninha!

Facebook/ Karen DeBattista


Kyle Zarb