L-Awtorità Maltija tal-Komunikazzjoni fuq il-mezzi soċjali tagħhom sellmet lil Donio Formosa, wieħed mill-kollegi tagħhom li ħadem fi ħdan l-awtorità għal diversi snin.

Huma jiktbu, "B'diqa nagħtu l-aħħar tislima lill-wieħed mill-membri tal-familja tagħna ġewwa l-MCA, Donio Formosa. Donio kien aktar minn sempliċiment kollega; kien xempju ta' qalb tajba, dedikazzjoni u saħħa."

Ma' dan il-messaġġ iżidu, "It-tbissima sabiħa, l-impenn, u l-ispirtu pożittiv tiegħu kien jsebbħu l-post tax-xogħol tagħna. Illum, aħna u nġarrbu t-telfa tiegħu, niċċelebraw ukoll il-memorji sbieħ li ħalla warajh. "

Huma jkomplu, "Nagħtu l-kondoljanzi profondi, kif ukoll l-appoġġ tagħna, lill-familja u l-maħbubin kollha tiegħu f'dan il-mument tant diffiċli. Strieħ fis-sliem, għażiż ħabib. In-nuqqas tiegħek se jinħass ħafna, imma l-memorja tiegħek tibqa' tgħix f'qalbna għal dejjem."

F'isem it-tim ta' Gwida, insellmu l-memorja tiegħu u ngħaddu l-kondoljanzi lill-familja tiegħu f'dan il-mument diffiċli. Strieħ fis-sliem Donio.


Emil Calleja Bayliss