It-tim ta’ Gwida tkellem ma’ Mariah Cutajar, żagħżugħa Maltija li toqgħod ġewwa l-Ekwador, u għandha l-kumpanija tagħha.

Kif bdejt il-kumpanija Heartspace?

Heartspace ilu minn meta kelli 18-il sena; issa erba' snin. Bdejt billi nbiegħ kristalli u smudge sticks f’avvenimenti differenti madwar Malta. Kien passatemp, vjaġġ li għaqqadni ma’ nies mill-isbaħ. Eżattament is-sena l-oħra sibt tassew l-iskop tiegħi. Bdejt naghti persentaġġ tal-profitti ta’ Heartspace lil komunitajiet indiġeni bbażati fl-Ekwador. Dan kien qabel ma mort hemm. Ir-raġuni li ddeċidejt li nagħti lura lil dawn il-komunitajiet hija għaliex kont tgħallimt fuq is-suġġett 'Approprjazzjoni kulturali'.

X’inhi l-approprazzjoni kulturali?

 L-approprjazzjoni kulturali sseħħ meta membri ta' grupp ta' maġġoranza jadottaw elementi kulturali ta' grupp f’minoranza b'mod sfruttattiv, ta' disrispett, jew sterjotipiku. Peress li l-prodotti attwali tiegħi joriġinaw minn prattiċi antiki bbażati fl-Amerika, iddeċidejt li neduka lili nnifsi dwar l-istorja u l-kolonizzazzjoni tagħhom. Dak li sibt kien inkwetanti. Dawn l-istess nies inqatlu talli pprattikaw ir-reliġjon tagħhom stess. Sfortunatament, il-kultura tal-Punent traskurat l-istorja tagħhom u bidlet il-prattiċi tagħhom fi profitt mingħajr lanqas biss tirrikonoxxihom daqsxejn. Biex nagħtik eżempju tal-approprjazzjonijiet li għadhom iseħħu sal-lum huma: ‘Ayahuasca’ u ċerimonji tal-‘kawkaw’, ‘smudging’, kostumi, ‘headdresses’ u ‘dreamcatchers’. Allura meta tgħallimt dan kollu, sibt soluzzjoni. Irnexxieli nissostitwixxi l-approprjazzjoni bl-apprezzament.

Kif għamilt dan?

Billi neduka l-klijent, nikrea prodotti li għandhom materjali organiċi minn Malta u billi naghti lura lill-kommuntiajiet indigeni. Ovvjament kumpaniji li qed jagħmlu ħafna flus mhux se jieqfu jbiegħu. Għalhekk iddeċidejt li nagħti ċans lill-poplu Malti jixtri prodotti etiċi li jappoġġjaw l-irziezet organiċi Maltin, jedukaw ruħhom permezz tal-kontenut li nitfa’ fuq il-midja soċjali, u billi nagħtii lura lill-komunitajiet indiġeni. L-fokal tieghi bħalissa mhuwiex fuq il-prodotti, imma issa daħħalt proġetti umanitarji għal Heartspace; wieħed minnhom huwa d-dokumentarju li ġej, li se jkun iffukat fuq l-isfruttamenti attwali fil-Foresti tropikali tal-Amażonja. Il-futur ideali ta' Heartspace se jkun qed joħloq opportunitajiet ekonomiċi għall-komunitajiet indiġeni u jiddokumenta problemi kurrenti politiċi u ambjentali tat-tribujiet li għadhom jipproteġju d-dinja.

 

Għala tħajjart li teduka n-nies fuq dan?

Bdejt inħares lejn in-naħa politika u ambjentali ta’ dawn il-komunitajiet fl-Ekwador. Dan huwa fejn ħsibt, xi ħadd irid juri lid-dinja x'qed jiġri fl-Amażonja. Jiena diżappuntata dwar kif id-dinja tħares lejn dawn il-komunitajiet. Jħarsu lejhom għal esperjenza, għal ċerimonja, għall-istampi. Jien inħares lejhom, u nara intelliġenza, mhux intelliġenza li tista’ tikseb mill-università, iżda intelliġenza reali mogħtija min-natura nnifisha. Dawn in-nies għandhom ikunu l-mexxejja tad-dinja.

Għaliex taħseb hekk?

Għidli dan; Imħatra li tista' ssemmi 10 kumpaniji, imma ma tistax issemmi 10 pjanti mediċinali. Huwa għalhekk li għandhom jitpoġġew fuq quddiem. Kif tista’ tmur kontra n-natura, meta inti n-natura?

Kif kienet l-esperjenza tiegħek ta’ dan kollu?

L-esperjenza tiegħi f’dan il-vjaġġ kienet sabiħa. Ovvjament in-natura hawnhekk hija mill isbaħ. In-nies għandhom qalbhom tajba. Jgħixu fil-mument. Madankollu, kelli ċ-ċans nisma’ t-trawmi li għaddew minnhom dawn in-nies minħabba korporazzjonijiet kbar. Biex nagħtik idea; tilfu djarhom, membri tal-familja nqatlu, l-ikel tagħhom ġie kkontaminat, gruppi reliġjużi qegħdin ineħħu l-kultura tagħhom, u aktar. Ħassejtni diżapuntata u għidt lili nnifsi li ma nistax inħalli dan ikompli. Meta staqsejt lill-komunità ‘Kichwa’ dwar x’jista’ jwaqqaf dawn l-isfruttamenti, qaluli “edukazzjoni”. Nedukaw lil dawn il-kommuntitajiet, speċjalment dawk li huma aktar iżolati. Biex nagħtik idea, kumpaniji kbar jaslu għand dawn it-tribujiet, u joffrulhom ammont ta’ flus żgħir. Jgħidulhom li se jibnu dar u jġibu l-familja, iżda jagħżlu l-plott eżatt fejn hemm l-aktar ammont ikkonċentrat ta’ żejt. Jibdew iħaffru pajpijiet minn taħt biex jiġbdu dan iż-żejt, u BOOM, wieħed jisplodi. Jikkontamina x-xmara kollha, l-ilma tagħhom, u l-ikel tagħhom. Biex tħaffer fl-art ukoll għandek bżonn taqta’ s-siġar. Il-komunità ‘kichwa’ issa għandha din il-‘mappa taż-żejt’, u għalhekk kull meta xi ħadd jipprova jixtri art, ikunu jafu l-intenzjoni tagħhom mill-ewwel. Iżda dawk aktar fil-fond fil-foresta, ma jafux dan. L-intenzjoni tagħna wkoll għal dan id-dokumentarju hija li nisimgħu u naqsmu dawn l-esperjenzi, u nsibu soluzzjonijiet. Il-parti edukattiva tad-dokumentarju hija wkoll għall-bqija tad-dinja. Li ssir konxju ta affarijiet bħal dawn jista' jagħtik ispirazzjoni biex tagħmel differenza. U jekk trid tagħmel din il-linja tax-xogħol, trid titgħallem l-aktar veritajiet koroh.

Kif jistgħu jagħtu sapport lejn dan il-proġett in-nies?

Aħna qegħdin nagħtu opportunità lil individwi jew kumpanji li jixtiequ jagħmlu differenza. Jekk iridu jissaportjaw il-proġett kurrenti tagħna b’mod finanzjarju, aħna qegħdin nagħtu l-opportunità li kull min jissaportja ser jiġi rikonoxxut permezz ta’ logo jew jintwera ismu fl-aħħar tad-dokumentarju.

Instagram / @mariahivie @heartspacemt


Nicole Zammit