U bħalma ħabbar tajjeb sew Mario Micallef, l-aħħar episodju tad-drama televiżiv L-Ispettur wasal ukoll! Fuq il-midja soċjali, Mario kiteb: “U dan għadu mhux kollox. Il-kbir għadu ġej… L-aħħar episodju t-Tnejn li ġej.”
Fil-kummenti, il-kantanta lokali Chiara rreferiet għall-episodju li għadda, u kitbet: “Xi dwejjaq li ħa jispiċċa Mar. Kemm bikkejtni ħej. Fakkarni fil-Papà u qsamtli qalbi. Prosit ħafna lilek u anke lil Vince.”

Mario wieġeb billi qasam fatt interessanti: “Kienet xena kommoventi tassew u sabiħa. Realtà tal-ħajja. Fil-fatt, kulma rajna f’din is-sensiela huwa reali. Mario Philip, l-awtur, għamel riċerka tajba ħafna. B’hekk ix-xogħol joħroġ tajjeb u professjonali.”
Int lest/a għall-aħħar episodju? X’jidhirlek mill-istorja s’issa? Iktbilna fil-kummenti.
Facebook/Mario Micallef