Davinia Pace hi kantanta Maltija u tikteb il-mużika hi stess ukoll. Ftit jiem ilu żvelat verżjoni remix tal-kanzunetta tagħha ‘Unimpressed’ fejn ikanta magħha Daejdream, rapper famuż minn New York.
Fis-sena 2019 Davinia telqet minn Malta għal New York biex ikollha aktar opportunitajiet fis-settur tal-mużika u filfatt verament qed tagħmel suċċess hekk kif qed tagħti prestazzjonijiet f’postijiet imsemmijin fi New York, bħall-Baretto Jazz Club u The Laurie Beechman Theatre. Hi għamlet suċċess ukoll fid-dinja tat-teatru. Dan ikompli juri l-versatilità tagħha bħala artista.
Nawgurawlha mill-qalb għal dan is-suċċess kollu. Id-determinazzjoni u t-talent tagħha wassluha biex tħalli marka kbira fid-dinja tal-mużika u qed issir magħrufa ‘l barra milli gżira żgħira tagħha. Prosit kbira, Malta kburija mmens bik!
Instagram / @davinia_official