Il-kantanta lokali Kylie Coleiro, li tiġi oħt il-kantant Klinsmann, fuq il-mezzi soċjali tagħha lbieraħ ħabbret li hi flimkien ma' żewġha qed jistennew l-ewwel tarbija tagħhom. Kylie kitbet, "Ħarġet l-aħbar!Qed nistennew tarbija!"
>
Hi qasmet filmat ta' meta skopriet li hi tqila u ritratt mal-għażiż żewġha. Fuq il-mezzi soċjali Kylie tistqarr, "Għadni s'issa b'emozzjonijiet imħallta jekk hiex deċiżjoni tajba li nikteb hawn... imma hekk ħassejna li l-aħjar."
Dawk kollha li jsegwu l-mezzi soċjali tagħha żgur li jista' jagħti l-kas li nduna u minkejja li l-kantanta għandha 17-il ġimgħa tqala. F'isem it-tim ta' Gwida.mt, nawguraw lil Kylie u lir-raġel tagħha Clint!
Nawgurawlkom f'dan il-vjaġġ!
Instagram / Kylie Coleiro