Tard ilbieraħ ħabbarna li l-kantant Daniel Muscat Caruana sar missier għall-ewwel darba. Għażlu l-isem ta' Valentino għat-tifel tagħhom. Biss kif ġie dan l-isem? Daniel jgħid li Valentino hu isem sinonimu ma' Ħal Balzan li għalih kien kunsillier. Daniel jgħid li San Valentinu hu t-tieni padrun ta' dan ir-raħal.

Ta' Ħal Balzan saħansitra għandhom triq imsemmija għalih u d-devozzjoni lejn dan il-qaddis kienet tant kbira li kienet tiġi ċċelebrata festa fl-ewwel Ħadd ta' Lulju, jgħid tajjeb Daniel. Apparti minnhekk skont Daniel dan l-isem ifisser "Saħħa".

Awguri mill-ġdid!


Anthony Baldacchino