Phyllisienne tibda billi tgħid, "Glorja lil Alla li jista' kollox. Il-Ħadd li ġej 21 ta' April huwa għeluq il-61 tiegħi, iżda bdejt niċċelebraha mil-lum b'sorpriża kbira mir-raġel futur tiegħi Tony."

Hi żżid, "Ippjana kollox ma’ oħti Vanessa, issorprendini b’din il-qalb unika mimlija skritturi tal-Bibbja inkluż sapun bir-riħa tal-ward, amulet tas-siġra tal-ħajja imżejna b’lapis azuri, aċċenti tal-amethyst u tal-kwarz rose, qalb taċ-ċikkulata u shampoo tal-banju."

Hi ttemm tgħid, "Naf li dan ġie kollu mill-qalb. Grazzi kbira lil oħti Vanessa ta' Wings Of Faith. Alla jbierek bil-kbir lilkom it-tnejn." Awguri mill-qalb Phyllisienne għal nhar il-Ħadd li ġej. Nittamaw li jkollok jum mimli b'dak kollu li tixtieq qalbek. 

Facebook / Phyllisienne Brincat


Emil Calleja Bayliss