Aħbar mill-isbaħ mill-kantant Daniel Muscat Caruana hekk kif twieled ibnu Valentino!

Daniel xeħet ritratt ħelu ta' ibnu kif ukoll messaġġ mill-qalb wara din il-grazzja li rċevew il-familja tiegħu. Isemmi lil martu Vanessa u jfaħħarha bi kliem mill-isbaħ f'din il-ġurnata speċjali. 

"Diġà kelli ħafna rispett għan-nisa... Imma issa nirrispettakom 10 darbiet aktar" kiteb Daniel bil-ferħ li qed iħoss illum. Bosta kienu l-ħbieb familjari u qraba li ferħulhom. 

F'isem it-tim kollu ta' Gwida.mt nawguraw lil Daniel u Vanessa għal dan l-irwol ġdid li issa ser ikunu qed jgħożżu!


Kyle Zarb