Dal-aħħar ġimgħat kienet il-kurżità ta' ħafna dwar jekk il-personalitajiet żgħażagħ li narawhom fuq il-midja soċjali, il-mudell Luke Magro u l-attriċi Stephanie Agius, qegħdinx joħorġu flimkien.

Ma kien hemm ebda konferma, sakemm ftit ilu fuq story ta' Instagram, Luke ġie mistoqsi, "Qed toħroġ ma' xi ħadd?" Luke wieġeb "Iva", u ttaggja lill-attriċi Stephanie Agius.

Lil Stephanie nafuha f'diversi produzzjonijiet lokali fosthom Evanġelisti, Strada Stretta, Maskra u oħrajn. Luke ġibed l-attenzjoni fuq Tik Tok u Instagram fl-aħħar snin, speċjalment il-famużi filmati tiegħu isajjar akkumpanjat minn mużika divertenti.

Infatti, riċentament filmat li qajjem ħafna kurżità kien ta' Luke u Stephani isajru u anke jiżfnu xi ftit l'hemm u l'hawn flimkien. It-tim ta' Gwida.mt jawgura ħafna affarijiet sbieħ lil Luke u Stephanie!

Instagram/ luke_magro


Gwida.mt