Ilbieraħ kien jum speċjali għall-preżentatur David Muscat, hekk kif iċċelebra għeluq sninu.

Lil David nafuh bħala attur kif ukoll direttur tad-drama fid-Dar tal-Providenza. Narawh ta' spiss jippreżenta l-programmi tiegħu fosthom bħalissa All In One Show fuq One Radio.  

David narawh ukoll jippreżenta mal-missier u l-iben li tant serqu qlub, Jomike u Lydon waqt il-programm Makjetti. Fil-fatt Jomike u Lydon kienu fost dawk li awgurawlu f'dan il-jum.

"Happy Birthday lill-aqwa preżentatur David Muscat. Awguri David. Nixtiqulek ħafna saħħa," kitbulu. David ħa ħsieb anke jirringrazzja lil dawk kollha li awgurawlu fl-aħħar jumejn u japprezza l-imħabba u r-rispett li jirċievi.

F'isem it-tim ta' Gwida.mt nawgurawlek mill-qalb David!


Kyle Zarb