Il-viċi sindku Josette Busuttil tikteb messaġġ mill-qalb iddedikat għal ħuha, li llum jaħbat jum twelidu.
"Għażiż ħija Saviour Darmanin, i-jum tal-għeluq sninek wasal – mument speċjali li, minkejja d-distanza li hawn bejnietna , ma stajtx inħallih jgħaddi mingħajr ma nibgħatlek dan il- messagg. Huwa d-destin li wassal biex illum inkunu 'l bogħod minn xulxin, iżda xejn ma jista’ jbiegħed dak li jgħaqqadna – id-demm tagħna, it-trobbija tagħna, u l-imħabba ta’ familja li għexna flimkien."
Josette tkompli, "Għadni niftakar b’għożża kbira it-tfulija tagħna – inti, jien, ħutna u l-ġenituri tagħna – mumenti li ma' ninsew qatt. Għalkemm il-mili jifirduna, l-għeruq tagħna jibqa' wieħed – mimlijin rispett!"
Josette tikteb li tixtieqlu ħafna saħħa u paci, waqt li xxerred ritratti flimkien miegħu. Awguri f'isem it-tim ta' Gwida.mt.