L-attriċi lokali Pauline Spiteri Bugeja, qasmet dak li qed tagħmel jumejn ilu fuq il-profil ta' Facebook tagħha. Hi tikteb, "Bħalissa spring cleaning u ddeċidejt li nibdel il-kontenut tal-cupboards. Ġibt il-kristall fil-kċina, neħħejtu mill-vetrina biex nużawh. Kont noħorġu fil-Milied jew l-Għid imma issa qed naħseb li aħjar ingawduh kuljum."

Hi tkompli, "Li jinkiser narmi ma jkun ġara xejn, fuq kollox wisq probabbli jekk immut, uliedi jagħmlu house sale u jeħilsu min kollox, mela ejja ngawdu dak kollu li għandna f’ħajjitna, għax illum hawn u għada ma nafux! Min jaf kemm inġorru mbarazz kieku nistgħu, mur arani sejra quddiem il-Mulej (nispera li hemm immur) bil-kaxxa tal-kristall miegħi!"

Facebook / Pauline Spiteri Bugeja


Emil Calleja Bayliss