Il-Ministru Ian Borg inawgura xogħlijiet ta' rinnovar estensiv fl-Ambaxxata Maltija f'Washington, b'aktar aċċessibilità u sigurtà u b'faċilitajiet ġodda għal servizz aħjar lill-pubbliku, speċjalment il-komunitajiet ta' familji Maltin jew b'dixxendenza Maltija fl-Istati Uniti tal-Amerka.

Waqt l-inawgurazzjoni, il-Ministru Borg iltaqa' mal-Ambaxxatur Malti għall-Istati Uniti Godfrey Xuereb u d-diplomatiċi u impjegati oħra tal-Missjoni Maltija f'Washington, kif ukoll għadd ta' mistiedna distinti, fosthom is-Segretarju għat-Trasportazzjoni tal-Istati Uniti, Pete Buttigieg.

Il-Missjoni Maltija fl-Istati Uniti ġiet stabbilita fl-1967. Minbarra l-Ambaxxata u l-Konsulat f'Washington, Malta għandha wkoll konsli onorarji f'Alabama, Arizona, Los Angeles, San Francisco, Colorado, Florida, Michigan, Minnesota, Oregon, Philadelphia, Puerto Rico, u Seattle.


Bradley Cachia