Il-Jum Dinji tal-Cirku jiġi ċċelebrat kull sena fis-17 ta’ April, u huwa jum iddedikat biex jonora din l-arti spettakolari u l-wirt kulturali tagħha madwar id-dinja. Din is-sena dan il-jum ħabat ma' ġurnata reliġjuża speċjalment għalina l-Kattoliċi, hekk kif niċċelebraw Ħamis ix-Xirka. 

Iżda tajjeb li ngħidu li l-Jum Dinji taċ-Ċirku twaqqaf mill-Fondazzjoni Prinċipessa Stéphanie ta’ Monako, li tfakkar mhux biss l-artisti iżda wkoll il-familji u l-komunitajiet li jkomplu jżommu ħaj il-misteru u l-maġija tal-cirku.

Il-ċirku huwa forma ta’ divertiment li jħallat il-ħila fiżika ma’ kreattività, b’elementi bħal akrobazija, trapeżju, daħk bil-klowns u ħafna iktar. Huwa spazju fejn it-tfal u l-kbar jistgħu jitbissmu u jgħixu mumenti ta’ meravilja. Madwar id-dinja, ħafna organizzazzjonijiet u skejjel tal-ċirku jorganizzaw wirjiet speċjali, workshops u attivitajiet biex jiġbdu l-attenzjoni lejn l-importanza edukattiva u soċjali ta’ din il-forma ta’ arti.

F’Malta wkoll, il-cirku dejjem kellu post speċjali – kemm bħala forma tradizzjonali ta’ divertiment li żar il-gżejjer b’wirjiet spettakolari, kif ukoll b’inizjattivi lokali li jgħinu fit-tkabbir ta’ talenti ġodda. F’dan il-jum, huwa xieraq li napprezzaw mhux biss il-memorji sbieħ li l-cirku jġib magħna, iżda wkoll l-isforz u l-passjoni li jinsabu wara kull spettaklu.

Il-Jum Dinji tal-Cirku jfakkarna fil-bżonn li nkomplu nappoġġjaw u nħarsu dan il-wirt kreattiv – biex dan l-arti vibranti jibqa’ jgħix u jispira ġenerazzjonijiet oħra.


Emil Calleja Bayliss