Illum jiċċelebra għeluq sninu Kersten Borġ, id-direttur ta' Miss Malta, u l-persuna li kontinwament qed jgħin tant tfajliet jemmnu fihom infushom u jaslu fejn dejjem xtaqu, speċifikament fid-dinja tal-immudellar.

Attwalment, Kersten jagħti ċ-ċans lill-parteċipanti ta' Miss Malta biex anke jagħtu l-kontribut tagħhom fil-kommunità b'tant ġesti biex eventwalment jitgħallmu dwar il-ħajja b'mod ħolistiku. Illum imiss li niċċelebraw lil Kersten fil-jum speċjali tiegħu.

Kersten kiteb messaġġ għall-okkażjoni fejn anke jsemmi lil persuni li jagħmlu differenza kbira f'ħajtu fosthom martu Chanice Borg.

"Hekk kif qed insellem il-31 sena tiegħi, qed ngħożż dawn il-mumenti mal-għażiża marti. Hi tassew barka li għandi sieħba li tibqa' miegħi f’kull pass tat-triq. Grat lejn omm għall-appoġġ inkredibbli bla waqfien tagħha..."

Awguri minn qalbna Kersten!


Kyle Zarb