Il-personalità lokali Janice Busutill esprimiet it-tħassib tagħha dwar iż-żieda ta' bullying li qed iseħħ fost iż-żgħażagħ permezz tal-mezzi soċjali.

"Tafu li hawn żgħażagħ ma joħorġux mid-dar għax jibżgħu li jduruhom u jtuhom xebgħa?" tistaqsi Janice bil-għan li tqajjem kuxjenza fuq dan is-suġġett sensittiv.

Janice tistaqsi jekk wasalx iż-żmien li l-mezzi soċjali taż-żgħażagħ ikunu konnessi ma' xi adult sabiex b'hekk ikun jista' jiġi identifikat kwalunkwe abbuż.

"Nixtieq onestament nista' ngħin iżda ma nafx minn fejn nista' nibda," temmet tikteb fejn kulħadd inkluż l-għalliema u l-edukaturi jipparteċipaw sabiex jitnaqqas dan l-abbuż.

Intom x'taħsbu dwar dan?

Ritratti: Luskin School of Public Affairs u Facebook / Janice Busutill


Cristian Tonna