Il-kittarist Glen Sacco mhux wiċċ ġdid għall-qarrejja ta' Gwida.mt, bħalissa huwa qed jikkollabora ma' Celine Agius ta' X Factor Malta taħt l-isem Cel&Sacco. S'issa ħarġu l-ewwel kanzunetta oriġinali tagħhom u fiż-żmien li ġej għandna nistennew it-tieni kanzunetta tagħhom.

Għal dan il-proġett, jidher li kellhom bżonn vjolinist u Glenn, f'kummenti esklussivi lil Gwida.mt, qalilna li l-aqwa mod biex jara jekk imur tajjeb magħhom Andrew Fiorini Lowell, kien billi jipprovaw proġett żgħir flimkien.

Hawn tistgħu tisimgħu r-riżultat ta' dan il-proġett. Fil-jiem li ġejjin, nistennew bil-ħerqa li Andrew jingħaqad ma' Cel&Sacco għall-kanzunetta l-ġdid tagħhom li jidher li ħa tkun iddedikata lil ibnu Leigh.

Leigh huwa ċ-ċkejken li jidher li ġa għandu mħabba kbira lejn il-mużika, iżda ngħiduha kif inhi, impossibbli li dan ma jkunx minnu meta hu espost għal tant u tant mużika. Aħna nawguraw lil Cel&Sacco flimkien ma' Andrew kull suċċess.

Facebook / Glenn Sacco


Emil Calleja Bayliss