Lestu ruħkom għall-avveniment mill-aqwa fl-10 ta' Mejju, lejliet il-finali tal-Eurovision Song Contest ta' din is-sena. Gustaph, ir-rappreżentat Belġjan tal-Eurovision is-sena li għaddiet se jkun qed jingħaqaw għal The Pre-Party Eurovision Edition f'Gianpula Main Room f'Mejju li ġej. Din se tkun it-tieni edizzjoni tal-avveniment li se tinkludi wirjiet minn artisti lokali qabel il-finali tal-Eurovision f’Malmö fil-11 ta’ Mejju.

Gustaph irrappreżenta lill-Belġju s-sena l-oħra bil-kanzunetta Because of You, li kisbet is-7 post fil-Gran Finali. Il-lineup ta’ artisti lokali li se jkunu qed jieħdu sehem f'dan l-avveniment jinkludi r-rebbieħa tal-Malta Eurovision Song Contest Glen Vella, The Busker u Destiny. Erba’ mill-Malta Eurovision ta' din is-sena se jkunu wkoll hemm u mistennija li jkantaw il-kanzunetta popolari Sirena.

Barra minn hekk, ma' dawn l-artisti se jingħaqdu wkoll id-drag queens Trihanna Wilde, Patricia Tibwi u Chucky. Idħlul HAWN għal aktar dettalji.


Emil Calleja Bayliss