Fit-23 ta’ Frar tħabbret il-mewt ta’ Emanuel Arpa, missier Gloriana Arpa Belli, li kien magħruf aktar bħala Wally. Aktar kmieni llum seħħ il-funeral tiegħu. Gloriana kitbet, “f’isem ommi, ħuti, n-neputijiet, binti u r-raġel, nixtieq nirringrazzja lill-qrabati, sħabi u l-kollegi talli attendew il-funeral. Nirringrazzja ukoll lil dawk li ma setgħux jiġu iżda minflok batu l-fjuri jew messaġġi tal-kondoljanzi, jew sempliċiment qalu talba... stajna nħossuhom”. Hi żiedet tirringrazzja lil Father Charles taċ-ċerimonja, u qalet li Wally żgur qiegħed jitbissem fil-ġenna bħalissa.

Gloriana qasmet ukoll filmat meħud fil-funeral li għalih attendew għadd ġmielu ta’ nies. Bosta komplew jibgħatu l-messaġġi tal-kondoljanzi lill-familja Arpa.

 


Nicole Zammit