Il-kantanta u preżentatriċi lokali Jessika llum tiċċelebra għeluq sninha! Lil Jessika rajnieha fil-Malta Eurovision Song Contest għal diversi snin, kif ukoll rajnieha tirrappreżenta lil San Marino bil-kanzunetta Who We Are fil-Eurovision Song Contest tal-2018. Bħalissa hija waħda mill-preżentaturi ta' Manicalo & Co li jixxandar fuq ONE.

Jessika llum tagħlaq 35 sena! F'dan il-jum għażiż hi qasmet ritratt u ħalliet messaġġ fejn kitbet, "Illum għeluq snini. Grazzi għal sena oħra ta’ ħajja, imħabba, saħħa, daħk, esperjenzi, għerf u ħafna aktar."

F'isem it-tim ta' Gwida.mt, nawguraw lil Jessika l-isbaħ xewqat. Nittamaw li jkollha ġurnata mimlija b'dak kollu li trid qalbha u sena mimlija ħafna esperjenzi sbieħ! Awguri mill-qalb f'dan il-jum għażiż. 

Facebook / Jessika


Emil Calleja Bayliss