Il-President Emeritu Marie-Louise Coleiro Preca sellmet il-memorja tal-ħabiba tagħha Alda.

Kitbet, "Grazzi għażiża Alda ta’ kemm ħdimt għal nies fil-bżonn. Grazzi tal-ħbiberija sinċiera tagħna, tar-rispett u tal-għajnuna li dejjem sibt mingħandek."

Kompliet, "Issa, għażiża, strieħ fis-sliem mal-ġenituri għeżież tiegħek."

Temmet billi kitbet, "Kondoljanzi lill-għażiż binha Matthew li tant u tant ħabbet, lil Denise li ħabbitha wisq, u lill-familjari u ħbieb kollha li ħabbew lil Alda."


Bradley Cachia