Hekk kif mistenni li jqum aktar riħ, Gozo Highspeed żammew lis-segwaċi tagħhom aġġornati bil-vjaġġi tal-ġurnata fejn ser jiġu affetwati dawk li kienu bil ħsieb li jużaw is-servizzi tal-Gozo Highspeed biex jagħmlu l-vjaġġ tagħhom bejn il-Belt u l-Mġarr.

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom fuq Facebook, Gozo Highspeed qalu, “Aġġornament għal-lum 15 ta’ April. Kunu afu li l-vjaġġ tad-20:45 ġie kkanċellat minħabba t-temp. Il-vjaġġ tad-9:15 mill-Mġarr ser jibqa’ kif skedat.”

Bosta paġni tat-temp fuq il-midja soċjali ħabbru li aktar tard illejla mistenni Riħ Grigal Lvant forza 5, b’buffuri kultant forza 6.

Nirringrazzjaw ukoll lit-tim ta’ Gozo Highspeed li ta’ kuljum iżomm lill-klijenti aġġornati.

Facebook/Gozo Highspeed


Charlton Cefai