The Greatest Showman, il-film tal-2017 seraq l-attenzjoni ta’ bosta u l-kanzunetti tiegħu kisbu suċċess kbir. Tant hu hekk li s-siltiet mill-kanzunetti ħarġu wkoll minn artisti kbar ta’ fama internazzjonali.

Donnhom li l-film kien ukoll ta’ inspirazzjoni għal kantanta Maltija Giorgia Borg. Giorgia, li għadha friska friska mis-suċċess tagħha quddiem Simon Cowell ġewwa Britain’s Got Talent, tellgħat cover tal-kanzunetta Never Enough minn dan il-film.

Giorgia għamlet il-kanzunetta tagħha u l-vuċi li saħħret il-ġurija ta’ Britain’s Got Talent tispikka b’mod ċar. Wieħed jistaqsi, x’inhu l-pass li jmiss ta’ din il-kantanta żagħżugħa. Din hi proprju l-ewwel darba, riċentament li qed nisimgħuha tkanta kanzunetta li mhix oriġinali tagħha wara 10 u Be Free.

Instagram / Giorgia Borg


Emil Calleja Bayliss