Leria Zammit Bonello, mudella ta' erbatax-il sena minn Ħ'Attard, qed taghmel diversi successi fl-immudellar. Hi bdiet propju erba' snin ilu fuq din il-linja, u lura fi żmien il-pandemija ħadet sehem anke fuq Online Competitions, fejn rebħet diversi titli.

Kompliet tikseb l-esperjenza ma' Gaffiero Productions, u wkoll rebħet bosta titli. Il-preżentatur Ivan Gaffiero qasam magħna anke suċċessi li kisbet riċentament.

Leria Mudella

Ritratt: De Carlos Photography

"Apparti s-suċċessi f'Malta Leria qed tkun mistiedna għal diversi photoshoots, anka internazzjonali, fosthom IBIZA Spain, INTERNATIONAL Germany, Russian 2022, Italian/Milan Magazine & Calendar, u American: Front Cover 2024."

Ivan ikompli li Leria kellha ukoll opportunita li tmur Milan Fashion Week. "Leria tgħid li għalkemm għandha biss 14-il sena, tixtieq tagħmel kuraġġ lil ħafna żgħażagħ oħra li jaqtgħu qalbhom. Leria issib ħafna sapport mill-ġenituri tagħha, u oħtha Natasha, li hi wkoll mudella."

Il-preżentatur, li tant emmen minn dejjem f'Leria, jagħlaq bil-kliem, "Żgur li fil-futur sa nisimgħu aktar dwar din it-tfajla simpatika ħafna, u żgur sa tagħmel isem sabiħ lil Malta."

Nawgurawlha ħafna suċċessi!


Kyle Zarb