Sabiħ li tgħin lil ħaddieħor anke wara tkun għaddejt minn tbatija personali. Puttinu Cares jgħaddu ringrazzjament lil Antoine Magri li minkejja li xhur ilu tilef lil ibnu, hu xorta baqa' jkun ta' spalla kif jista' billi jaħseb f'dawk li bħalissa għaddejjin minn żmien diffiċli u 'l dawk li qed jgħinuhom.

Huma jiktbu, "X’qalb tajba Antoine Magri Fifteen37 Cafe' illum offra ftajjar bnini lil pazjenti u staff ġewwa Rainbow ward. Għalkemm tilef lit-tarbija Juan bil-kanċer, xorta jibqa' bi tbissima jgħin lil ħaddieħor. Grazzi kbira lil St. Ignatius College Siġġiewi li ssapportjaw din l-inizjattiva ukoll."

Prosit tassew ta' dan il-ġest! Sabiħ li taħseb f'ħaddieħor u tgħin bil-mod tiegħek!

Facebook / Antoine Magri


Emil Calleja Bayliss