Il-paġna It-Temp Madwarna titkteb ir-raġuni għala kull erba' snin ikollna 29 ġurnata fi Frar. Huma jiktbu, "Għaliex Frar fih 29 jum din is-sena!? Ir-raġuni qiegħda fl-orbita tad-dinja madwar ix-xemx. Id-dinja tieħu 365 jum u kwart ta’ jum ieħor (6 sigħat) biex iddur dawra sħiħa madwar ix-xemx. Dawn jiġu kkumpensati kull 4 snin meta l-erba’ kwarti jgħaqqdu ġurnata sħiħa."

"Iżda l-kalendarju (Gregorjan) kif nafuh illum ma kienx jeżisti minn dejjem. Infatti kien hemm żmien fejn is-sena kienet tibda minn Marzu u s-sena kien fiha biss 10 xhur. Dan hu apprezzabbli sal-lum fejn Settembru ġej minn 7 (mhux 9), Ottubru ġej minn 8 (mhux 10), eċċ. Jannar u Frar kienu l-aħħar xhur miżjuda fil-kalendarju kif nafuh illum."

"Is-sena biżistili (leap year) ġiet introdotta fis-sena 1752 b’ġurnata miżjuda kull erba’ snin fix-xahar ta’ Frar. Id-29 ta’ Frar huwa wkoll l-aħħar jum tax-xitwa meteoroloġika. Diversi stejjer u superstizzjonijiet marbuta ma’ din id-data speċjali tad-29 ta’ Frar, bħal pereżempju li l-mara tipproponi lir-raġel f’dan il-jum, jew jekk tiżżewweġ f’dal-jum iż-żwieġ ikun infeliċi."


Emil Calleja Bayliss