Janet Zahra Walker fuq il-mezzi soċjali tagħha taqsam storja li timlilek qalbek bil-ferħ. Sabiħ li kultant tapprezza mumenti bħal dawn, mumenti li kapaċi jnisslu tbissima fuq fomm dak li jkun u jimlewlhom qalbhom b'tant u tant ferħ.
Hi tirrakkonta episodju li jiġri ta' spiss, "Anzjana li bilkemm tisma’, tagħżel li ssejjaħli Catherine... Kull darba li tarani, tgħidli kemm hu sabiħ ismi, kemm joqgħod tajjeb miegħi wiċċi — bħallikieku jien kont magħżula apposta għalih. Ftit ftit, niskopri li Catherine kien isem ta’ xi ħadd għażiż li tilfet, xi ħadd li għadu jgħix fil-memorja tagħha."
Janet tkompli tirrakkonta, "U f’dak il-mument, ismi jsir pont lejn qalbha... u jien, għal mument żgħir, insir Catherine għal darb’oħra. Niddeċiedi li ma nġagħalhiex tiftakar — għax jixgħel wiċċha kull darba li tarani. Ajma, jaħasra... jien Janet. Iżda għal Doris ta’ 92 sena, jiena Catherine — u nieħu pjaċir nieħu dan l-irwol."
Facebook / Janet Zahra Walker