L-attur Clive Piscopo kiteb erba' kelmiet biex isellem il-memorja tal-mibki Sam Cutajar, li tħabbar il-mewt tiegħu lbieraħ. Clive ħadem kemm-il darba ma' Sam, bl-irwol tagħhom ta' missier u iben waqt Ħbieb u Għedewwa, li tant spikka.

"Strieħ fis-sliem, Sam. Fiż-żmien li kont nirreċta fis-serje Ħbieb u Għedewwa, min jaf kemm-il darba waqfuni nies biex jgħiduli kemm kien antipatku missieri. Għall-ewwel drabi li ġrat, kont ninħasad għax missieri vera bniedem ta' qalb kbira. Imbagħad kont nirrealiżża li qed jirreferu għal Sam, li għal 4 snin kien jinterpreta l-parti ta' missieri f'serje tant maħbuba mill-Maltin."

Clive jikkumplimenta lil Sam għall-mod professjonali li bih kien jirreċta. Hu jkompli, "Grazzi tal-memorji sbieħ, Sam. Ta' kemm issapportjajt kull dramm li kont nipproduċi. U taċ-ċajt u l-istejjer bejn xena u oħra."

Mill-ġdid insellmu l-memorja ta' Sam.


Kyle Zarb