Il-paġna tal-aġġornament tat-temp għada kif ħabbret li wara t-temperatura minima ta’ dan ix-xahar li kienet ilbieraħ, dik ta’ 14°C, se nerġgħu immorru lura għal temperaturi li drajna iktar bihom. Għada se nistennew temperatura ta’ 20°C, u se tkun il-massima ta’ dan ix-xahar. Qisu se jkollna togħma żgħira ta’ x’għandna nistennew fis-sajf, u żgur li se naraw lil xi ħadd jiġri bil-komma qasira.

Bosta kkummentaw fuq il-midja soċjali kif se jkun hawn iktar mard minħabba t-taqlib tat-temp, u li jippreferi l-bard ixoqq il-għadam li kellna. Madanakollu, ilbieraħ ġie rrappurtat mill-istess paġna li fil-bidu ta’ Marzu se nistennew aktar xita, u nerġgħu noħorġu bil-komma twila!


Nicole Zammit