Skont l-aħħar aġġornament tat-temp maħruġ mill-paġna It-Temp Madwarna, jidher li x-xahar ta' Frar sa jkun qed jispiċċa b'jiem ta' xita u ragħad, imżewqa b'temperaturi li jinżlu għal 11°C.

Jidher li minkejja t-tibdil rapidu li qed naffaċjaw fit-temp, madankollu l-istaġun xitwi xorta waħda għad fadallu x'joffri.

Intant, jidher li x-xahar ta' Marzu mistenni jibda bi ftit xita iżolata, filwaqt li mbagħad sa jkun qed jibnazza ftit ftit.

Ħerqanin għal dan it-temp?


Cristian Tonna